Abela: il-Kap tal-PN m’għandux jistenna iżjed biex jissospendi lil Giovanna Debono

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Toni Abela qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil m’għandux jistenna iżjed biex jissospendi lill-membru parlamentari Giovanna Debono kemm mill-Partit Nazzjonalista u wkoll minn membru parlamentari. Dr. Abela semma wkoll l-allegazzjoni fuq il-membru parlamentari Nazzjonalista Toni Bezzina u qal li jidher li kienet stil ta’ kondotta tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li jqabbad nies jagħmlu x-xogħlijiet fuq spejjeż tal-Gvern.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar is-sentejn ta’ Gvern Laburista, Dr. Abela qal li l-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Unjoni Ewropea u l-Aġenzija Fitch kollha qed isostnu li l-ekonomija ta’ Malta hi fost l-aħjar u tispira l-fiduċja. Qal li l-Partit Laburista fil-Gvern żera’ l-fiduċja fin-nies billi ma tax sorpriżi u baqa’ għaddej business as usual. Dr. Abela qal li bil-kontijiet imraħħsa tad-dawl, il-familji ħadu r-ruħ u żdid it-tfaddil fil-banek.

Toni Abela qal li l-Partit Laburista ma jistax madankollu ma jiżvelax ċerti abbużi li qal kienu jsiru mill-Gvern ta’ qabel u qal li għalkemm il-Partit Nazzjonalista għaddej b’kampanja li jgħid li hu differenti, il-poplu Malti ried jara d-differenza sakemm kien għadu fil-Gvern. Sostna li l-akbar problema tal-Partit Nazzjonalista hi l-kredibbilità. Dwar il-każ tal-Cafe’ Premier, Dr. Abela qal li l-Gvern ħa kont ta’ dak li ġara u qal li min-naħa l-oħra, b’dan il-każ, il-Partit Nazzjonalista ried jimplika li s-sidien tal-Cafe’ Premier taw il-flus lill-Partit Laburista waqt li sostna li kienu taw il-flus lill-Partit Nazzjonalista.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Mat-twaqqif tad-Dar tal-Kleru – residenza għal saċerdoti anzjani jew morda – twaqqfet ukoll il-komunità tas-Sorijiet imsejħa”Qaddejja taċ-Ċenaklu” li ilhom ħamsa u ħamsin sena jiddedikaw ħajjithom għas-saċerdoti f’din id-dar. TVM żar…

Lokali

Tibda l-ġimgħa li twassal biex jitla’ s-siparju fuq waħda mill-eqdem ċelebrazzjonijiet f’Malta . . . il-Karnival. Il-karru ewlieni, li juri r-Re tal-Karnival, ser ikun sar mill-istess idejn li ħadmu fuq…

Lokali

“Sunrise” – a socio contemporary comedy and monologue has opened. Humorous at times, this production is being staged at a theatre in Valletta. Described by The Guardian UK as an…

Lokali

Għoxrin sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni Kreattività qed jiġu ċċelebrati b’diversi proġetti fl-Ispazju Kreattiv il-Belt kif ukoll bi pjani biex ikompli jissaħħaħ il-qasam tal-kreattività. Matul din is-sena qed jitfakkar l-20 sena mit-twaqqif…

Aktar