Lokali
Aċċessibiltà għal persuni li għandhom nuqqas ta’ smigħ fiċ-Ċinema ta’ Spazju Kreattiv

Il-Fondazzjoni Kreattività investiet fit-teatru taċ-Ċinema li hemm fil-Kavillier ta’ San Ġakbu bil-għan li dan ikun aktar aċċessibli għal persuni li jużaw il-hearing aid. Permezz ta’ apparat speċjalizzat persuni bil-hearing aid ser ikunu jistgħu jisimgħu b’mod dirett ir-rappreżentazzjonijiet li jkunu qed isiru. Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li din is-sistema magħrufa bħala Hearing Loop tipprovdi aktar accessibilità.

Permezz tas-sistema msejħa Hearing Loop, it-teatru taċ-Ċinema fil-Kavallier ta’ San Gakbu sar aċċessibli anke għall-persuni li jużaw il-hearing aid.

L-uffiċjali taċ-Ċentru Kreattiv qalu li dan huwa l-ewwel teatru f’Malta li issa għandu sistema ta’ ħoss modern magħruf 7.1. F’dan it-teatru jintwerew films artistiċi u anke rappreżentazzjoni teatali li jitwasslu b’mod dirett minn diversi teatri internazzjonali.

Is-Segretarju Parlamentari għal persuni b’diżabiltà Anthony Agius Decelis qal li ħadd ma għandu jkun eskluż mill-attivitajiet li jkun hawn fil-pajjiż. Qal li s-Segretarjat qed jagħmel ħidma kontinwa biex joħloq aktar aċċessibilità f’kull aspett tal-ħajja.

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li bis-sistema tal-Hearing Loop qed jindirizza l-bżonnijiet ta’ kategorija partikolari ta’ persuni li għandhom dritt għal aċċessibiltà biex igawdu l-attivitajiet kulturali. Huwa spjega li dan il-proġett jidhol fl-istrateġija kulturali 2020 li hija maħsuba biex kulħadd igawdi dak li joffri l-pajjiż fuq livell kulturali. Dr Bonnici qal li fil-Kavallier ta’ San Ġakbu jittellgħu aktar minn 400 attività kulturali fis-sena.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

B’digriet ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Knisja Parrokkjali Matriċi ta’ Stella Maris ġiet mgħollija għad-dinijtà ta’ Knisja Arċipretali. Hekk, il-kappillan tal-Parroċċa, fil-preżent Mons. Anton Portelli, jkollu wkoll it-titlu ta’…

Lokali

Xena mill-isbaħ tal-bajja ta’ Mġarr ix-Xini kif probabbli qatt ma rajtha. Dan ir-ritratt, li ttieħed mill-astronomu Joseph Caruana, jagħtina ħjiel tal-ġmiel naturali li kienu jgawdu missirijietna, u li llum sfortunatament…

Lokali

Fl-1 ta’ Lulju, fil-pjazza ewlenija tal-Qala, l-Għaqda Briju San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex se jorganizza l-‘Festa Għawdxija’. Dan l-avveniment se jsir proprju meta l-istaġun tal-festi f’pajjiżna jkun fl-aqwa tiegħu….

Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq €100 flus kontanti minn ħanut tal-merċa f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ fi Triq Karlu Maratta għall-ħabta tan-nofsiegħa. Ir-raġel talab lill-kaxxiera biex tagħtih il-flus kollha, kif…

Aktar