AD tagħmel proposti dwar salarji għal persuni fil-ħajja pubblika

Ic-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Prof. Arnold Cassola u d-Deputat Chairperson Carmel Cacopardo, iltaqgħu mal-Bord imwaqqaf mill-Prim Ministru u kompost mill-Ombudsman, mal-Awditur Nazzjonali u l-Kummissarju Elettorali Ewlieni biex tagħti l-proposti tagħha dwar salarji ta’ persuni f’kariga pubblika.

Il-proposti li issottomettiet Alternattiva Demokratika jgħidu li l-ħatra għandha tkun waħda fulltime job li ma tippermetti l-ebda xogħol ieħor. AD ssostni li s-salarju jkun magħmul minn somma fissa u parti oħra marbuta mal-preżenza kemm għal xogħol fil-Parlament propju kif ukoll għal xogħol fil-kumitati.

L-AD qalet li xogħol l-MP hu fil-Parlament. L-ebda ħatra f’Bordijiet appuntat mill-Gvern m’għandu jkun permissibli. Sostniet li l-Parlamentari u l-Ministri jkunu intitolati għall-pensjoni kontributorja tal-NI bħal kull cittadin Malti ieħor, u bl-istess kundizzjonijiet. Dan ifisser it-tmiem tas-sistema preżenti ta’ onorarja.

Proposta oħra tal-AD hi li l-Ministri u deputati ma jistgħux jieħdu l-pensjoni  waqt li jkunu għadhom fis-servizz parlamentari, kif għadu jiġri issa ma’ uħud. Qalet li meta jivvjaġġaw fuq xogħol parlamentari jew ministerjali, l-parlamentari u l-Ministri jridu jivvjaġġaw economy class u l-hotels ma jistgħux jkunu ogħla minn 4 star.

Fl-aħħarnett l-AD qalet li għandu jkun hemm ugwaljanza f’termini ta’ aċċess.  L-irbit bejn salarju u attendenza fis-seduti parlamentari u tal-kumitati tippreżupponi tali uguwaljanza ta’ aċċess.  Dan ifisser,  qalet l-AD, li s-seduti parlamentari għandhom jinżammu f’ħinijiet “family friendly” biex b’hekk kulħadd ikun jista’ jipparteċipa f’ħinijiet deċenti.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Politika

Dr Justyne Caruana ddikjarat li ma kinitx konxja tal-istorja rrapportata fil-midja dwar il-qrubija bejn żewġha, l-eks Deputat Kummissarju Silvio Valletta, u Yorgen Fenech, li huwa s-suspettat mandant ewlieni fil-qtil ta’…

Aktar