Lokali
Adoloxxenti bl-ADHD jaf jużaw is-sess biex jippruvaw jagħmlu ħbieb

Il-kundizzjoni tal-ADHD li taffettwa bejn 3 u 7 fil-mija tat-tfal, kienet taħt il-lenti f’konferenza Ewropea li tlaqqgħet f’Malta. Esperti li indirizzaw il-konferenza saħqu fuq l-importanza li t-tfal b’din il-kundizzjoni jinqabdu f’età bikrija biex jingħataw it-trattament li għandhom bżonn u b’hekk jevitaw konsegwenzi negattivi fuq ħajjithom.

Mal-20 għaqda Ewropea li jaħdmu ma’ persuni li għandhom l-ADHD qed jiddiskutu f’Malta kif ikabbru l-għarfien dwar din il-kundizzjoni u jimbuttaw id-drittijiet ta’ persuni bl-ADHD.

L-ADHD, Attention Deficit Hyperactivity Disorder, taffettwa l-partijiet tal-moħħ li jikkontrollaw l-attenzjoni, l-imġieba u l-konċentrazzjoni. Huwa maħsub li din taffettwa bejn 3 u 7 fil-mija tat-tfal, għalkemm maż-żewġ terzi joħorġu minnha meta jikbru.

Il-President ta’ ADHD Malta, Pamela Muscat, qalet li ħafna drabi l-ġenituri jindunaw li hemm xi ħaġa differenti fit-tfal tagħhom.

“Ma jorqdux, iridu jagħmlu kollox ta’ rashom, jew inkella jdumu biex jagħmlu l-homework, ma jkunux iridu jiktbu, isibuha diffiċli biex isegwu fil-klassi, ma jagħtux feedback lid-dar x’ikun qed jiġri l-iskola jew saħansitra jkollhom ħafna xi jgħidu ma’ sħabhom, l-għalliema dejjem iċemplu d-dar għax l-imġieba tat-tfal tagħhom mhix bħal tal-oħrajn, allura din iġġib magħha nkwiet fil-familja,” spjegat Muscat.

Hija ħeġġet lill-ġenituri biex meta jaraw dawn is-sintomi jfittxu l-parir tal-professjonisti bħal psikoloġi jew psikjatri biex jagħmlulhom assessjar u jidderiġuhom għat-trattament skont il-bżonn. Bit-trattament, persuni bil-kundizzjoni ADHD jistgħu jgħixu ħajja bħal oħrajn u jaslu biex jagħmlu suċċess fil-ħajja b’karrieri bħal ħaddieħor.

Il-Professur Susan J. Young tkellmet dwar il-konsegwenzi jekk ma tiġix trattata l-ADHD, fosthom li t-tfal ma jmorrux tajjeb fl-iskola u ‘l quddiem lanqas fuq il-post tax-xogħol. Saħqet fuq l-importanza li persuni bil-kundizzjoni tal-ADHD jiġu ttrattati kmieni kemm jista ikun qabel l-effetti jidħlu fil-fond.

“They end up hanging out in the streets, forming bad relationships, sadly many of them will end up in prison, starting a criminal career. The data shows that around 25% of young people will end up in prison,” qalet il-Professur Young.

Żiedet tgħid li għall-adoloxxenti bl-ADHD, speċjalment it-tfajliet, ma jkunux jistgħu jiffurmaw relazzjonijiet tajba u jispiċċaw jużaw is-sess biex jippruvaw jagħmlu ħbieb, imma jkunu qed jirriskjaw fost oħrajn tqala mhux mixtieqa, u agħar minn hekk mard trasmess sesswalment.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar