Barranin
Adottati regoli dwar il-ġuri fis-Senat kontra l-President Trump

Is-Senat Amerikan approva r-regoli tal-ġuri fl-impeachment tal-President Donald Trump, li qed jiffaċċja akkużi li jistgħu jwassluh biex jitneħħa mill-poter.

Trump qed ikun akkużat li abbuża mill-poteri tiegħu biex jikseb vantaġġ fuq rival politiku u li fixkel l-investigazzjoni kontrih meta ma ħalliex uffiċjali tal-White House jixhdu fil-proċeduri.

Ir-regoli tal-ġuri ġew approvati fl-ewwel jum tal-ġuri b’vot ta’ 53 kontra 47, b’konformità mal-linja tal-partiti. Is-seduta baqgħet għaddejja sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu, li fi tmiemha d-Demokratiċi ma rnexxilhomx jiksbu maġġoranza biex fil-ġuri jiġu ppreżentati provi u xhieda ġodda.

Fl-istess waqt, il-mexxej tar-Repubblikani fis-Senat, Mitch Mc Connell, irtira l-proposta tiegħu biex il-diskorsi tal-ftuħ tal-ġuri jsiru f’jumejn minflok fi tlett ijiem, bid-Demokratiċi jsejħu dan bħala attentat ta’ ‘cover-up’.

Is-Senaturi ħadu ġurament biex jaġixxu bħala ġurati imparzjali, u se jkunu qed jisimgħu d-diskorsi għal sitt sigħat kuljum, sitt ijiem f’ġimgħa, quddiem il-Prim Imħallef John Roberts. Mhux magħruf kemm dan il-ġuri jista’ jtul.

Ara wkoll:

Trump qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel u mara miżżewġin kienu qed jieklu għall-affari tagħhom f’ristorant f’Louisville Kentucky fl-Istati Uniti, meta fir-ristorant li kien battal ħlief għalihom, daħal ħalliel b’wiċċu mgħammad u armat. Dan mar fuq…

Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Aktar