Lokali
L-ADPD b’kawża kostituzzjonali fil-Qrati dwar l-emendi korrettivi għas-sistema elettorali

L-ADPD qal li ppreżenta ittra uffiċjali lill-qrati dwar l-emendi korrettivi għas-sistema elettorali biex jindirizzaw l-iżbilanċ fir-rappreżentanza tal-ġeneri fil-parlament.

F’konferenza tal-aħbarijiet minn quddiem il-qorti, ic-chairperson tal-ADPD Carmel Cacoaprdo qal li l-emendi approvati fil-Parlament se jagħmilha possibbli li jiżdiedu 12-il siġġu parlamentari oħra biex jonqos l-iżbilanċ bejn ir-rappreżentanza tan-nisa u l-irġiel fil-parlament.

Qal li dan jista’ jseħħ biss jekk il-parlament ikun magħmul minn membri li jirrappreżentaw liż-żewġ partiti politiċi, u f’każ li jkun hemm it-tielet partit l-aġġustament ma jkunx jista’ jseħħ.

Il-Perit Cacopardo qal li dan huwa diskriminatorju kontra partiti żgħar bħall-ADPD. Qal li l-ADPD għamel diversi proposti biex il-parlament ikun rappreżentattiv iżda se jkollu jieħu l-każ l-qorti minħabba li sostna spiċċa injorat.