Partit Nazzjonalista
AĠĠORNAT: Dr Delia dwar il-laqgħa ta’ deputati tal-PN mas-sid ta’ 17Black

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li ma kienx jaf li l-Membri Parlamentari Nazzjonalisti Hermann Schiavone u Kristy Debono kellhom laqgħa ma’ Yorgen Fenech, sid il-kumpanija 17 Black. Kompla jgħid li se jkun qed jitkellem magħhom.

Huwa kien qiegħed iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti ftit wara li kellu laqgħa ta’ korteżija mal-President George Vella.

Dr Delia saħaq li l-Membri Parlamentari Schiavone u Debono ma għamlu xejn ħażin li biha ppreġudikaw il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-ġlieda tiegħu kontra l-korruzzjoni. Saħaq li l-ġlieda tal-Partit Nazzjonalista kontra l-korruzzjoni se tibqa’.

Dr Delia wieġeb ukoll dwar il-kitba tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi li Schiavone u Debono għamlu ħsara lill-Partit Nazzjonalista.

Ara t-tweġibiet ta’ Dr Delia f’dan il-filmat:

Intant, fi stqarrija iktar tard, Kristy Debono qalet li, wara r-reazzjonijiet li ġabet magħha din l-aħbar, tirrealizza li l-laqgħa mal-Kap Eżekuttiv ta’ Tumas group kien żball min-naħa tagħha, u titlob apoloġija għal dik li ddeskriviet bħala kontroversja bla bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar