Partit Nazzjonalista
Adrian Delia jgħid li jinsab preokkupat bl-istat tal-ambjent

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li jinsab preokkupat bl-istat tal-ambjent. F’laqgħa ma’ rapprezentanti ta’ din l-Art Ħelwa, Dr Delia qal li bl-iżvilupp li qed isir qed jikber l-iskart.

Qal li ma jemminx li l-ambjent għandu jkun il-vittma tas-suċċess ta’ Malta. Dr Delia qal li f’Malta qed jgħixu 1,005 persuni kull kilometru kwadru u minkejja din id-densità qawwija, il-Gvern irid iżid il-popolazzjoni bejn 13,000 u 15,000-il persuna fis-sena.

Il-President ta’ Din l-Art Ħelwa, il-Professor Alex Torpiano qal li fost il-preokkupazzjoni illi għandu hemm l-impatt tal-mina bejn Malta u Għawdex. Qal li Din l-Art Ħelwa ma ħaditx pożizzjoni kontra, imma hija kontra li l-partit politiċi meta jiddeċiedu huma għan-nies. Semma li huma mħassbin bl-impatt tal-mina fuq it-traffiku, il-kampanja li l-mina trid tgħaddi minnha u għal Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar