Lokali
Adrian Delia jgħid li s-settur tas-superyachts għandu jingħata aktar importanza

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li Malta għandha potenzjal li tattira turiżmu u investiment tal-ogħla kwalità. Waqt żjara fil-jott marina tal-Birgu, Dr Delia qal s-settur tas-superyachts għandu jingħata l-ikbar importanza għax dan iħalli impatt pożittiv fl-ekonomija.

B’referenza għal proċeduri li nfetħu kontra Malta dwar l-industrija tal-jottijiet, Dr Delia qal li dan huwa attakk fuq Malta dwar it-taxxa tas-superyachts u sejjaħ biex ir-reputazzjoni tal-pajjiż tingħata l-attenzjoni li jixirqilha. Huwa qal li l-pajjiż għandu jkollu front wieħed biex ikun assigurat li dak li nbena matul iz-zmien ma jitkissirx meta jkun hemm attentati bħal dawn minn interessi barranin.

Dr Delia sejjaħ biex isir aktar investiment fl-infrasttruttura u fir-riżorsi umani biex il-pajjiż joffri prodott ta’ kwalità għolja. Qal li l-marina tal-Birgu hija xhieda tal-potenzjal li għandu l-pajjiż għax qed jingħata servizz lil settur speċjalizzat f’din in-niċċa ekonomika.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar