Politika
AĠĠORNAT: Dr Delia jistaqsi jekk il-Gvern hux se jispjega dwar il-kuntratt tal-Vitals, il-Gvern iwieġeb

F’reazzjoni fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia staqsa lill-Gvern jekk hux se jagħti spjega dwar il-kundanna li saret fir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt tal-Vitals.

Dr Delia qal li r-rapport hu ċertifiikat li l-poplu Malti qed jinsteraq il-miljuni kuljum.

Il-Whip tal-Gvern, Glen Bedingfield, qal li r-rapport tal-awditur għad irid jiġi studjat min-naħa tal-Gvern.

Aġġornat: 

Fi stqarrija iktar tard il-Gvern qal li ħa nota tar-rapport tal-Awditur Ġenerali u qal li r-responsabbiltà politika marbuta ma’ din il-konċessjoni diġà ntrefgħet, bit-talba għar-riżenja u eventwalment bit-tkeċċija tal-ministru li kien responsabbli minn dan il-proġett.

Il-Gvern qal li se jkun qiegħed jassigura li fi proċessi ta’ kompetizzjoni tal-futur, in-nuqqasijiet li tkellem dwarhom l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.

Ara wkoll:

L-Awditur Ġenerali jimplika kollużjoni fil-ftehim ma’ Vitals fuq l-isptarijiet

Konrad Mizzi jappella lill-Gvern biex jippubblika l-ftehim ma’ Vitals

Chris Fearne isostni li ma kellux x’jaqsam mal-ftehim ta’ Vitals