Elezzjoni
Adrian Delia kkonferma kemm il-PN tilef lilu nnifsu – il-PM

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu.

Fost affarijiet oħra qal li l-Kap Nazzjonalista jikkontradixxi l-ideali Ewropej meta jgħid li l-pajjiż mifqugħ bil-barranin għaliex wieħed mill-erba’ prinċipji kardinali ewropej huwa l-moviment ħieles tal-persuni u f’Malta sebgħa minn kull għaxar barranin huma Ewropej.

Dr Muscat fisser bħala xi ħaġa nkredibbli li seħħet waqt id-dibattitu meta hu bħala Prim Ministru qal li għad fadal ħafna toroq fi stat ħażin u l-Kap Nazzjonalista staqsih fejn huma u qallu li qed jaħli l-flus meta jirranġa t-toroq.

Il-Mexxej Laburista qal li skont Dr Delia, il-Gvern m’għandux jirranġa aktar toroq biex in-nies ma jixtrux aktar karozzi. Żied jgħid li studju li għamel l-ekonomista Gordon Cordina wera li bil-proġetti li qed isiru fit-toroq, se jonqos it-tniġġiż mill-emissjonijiet, se jiġu ffrankati mal-ħames miljun siegħa mit-traffiku u n-nies se jiffrankaw 24 miljun ewro mill-fjuwil.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern diġa ta’ inċentivi fejn jidħol l-użu tat-trasport pubbliku fosthom li ż-żgħażagħ ikollhom trasport b’xejn il-ħin kollu. Qal li t-trasport pubbliku jrid jiġi b’xejn għal kulħadd u ‘l quddiem il-Gvern jibda jħallas lil min juża tal-linja.

Huwa rrefera wkoll għall-istrateġija li ħabbar dwar l-e-sport u l-mira li poġġa biex f’10 snin din l-industrija tiġġenera 1 fil-mija tal-ġid u toħloq 3,000 impjieg. Qal li sakemm jibqa’ Gvern Laburista, ix-xogħol se jibqa’ ġej għax dan hu moviment tax-xogħol.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Aktar