Partit Nazzjonalista
Adrian Delia u Simon Busuttil ma jaqblux dwar ta’ min hi Egrant

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-pożizzjoni tiegħu dwar l-inkjesta Egrant ma nbidlitx minkejja d-dikjarazzjoni tal-ekx kap Simon Busittil. Huwa qal li Dr Busuttil jista’ jemmen dak li jrid għalkemm stqarr li r-raġun għal dan hija minħabba li l-Avukat Ġenerali baqa’ jirrifjuta li jippubblika r-rapport sħiħ tal-inkjesta.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jippreferi li jemmen il-fatti. Huwa qal dan meta mistoqsi jekk jaqbilx ma’ dak li qal fil-Parlament id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil li baqa’ jsostni li l-kumpanija Egrant hi tal-Prim Ministru.

“Jien nippreferi nkun naf il-fatti milli nemmen. Min jista’ jgħidilna l-fatti? Għandna rapport ta’ 1,400 paġna… Jekk inkunu nafu dawk l-1400 paġna x’fihom għallinqas nafu dak. Jekk hemm bżonn isir iktar biex jiġi stabbilit ta’ min hi din il-kumpanija, allura nevitaw l-ispekulazzjoni u nkunu nafu l-verità” qal Dr Delia.

Dr Delia qal li Dr Busuttil għandu d-dritt u hu ħieles li jemmen dak li jrid. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-iktar ħaġa faċli hi li l-Avukat Ġenerali jippubblika r-rapport sħiħ tal-inkjesta minflok li l-pajjiż jgħaddi minn din l-ispekulazzjoni u l-argumenti kollha.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Il-wrestling għal bosta jidher sports goff iżda għal Wayne Pace beda jsegwi l-isport tar-wrestling minn età żgħira, sakemm sar atleta professjonali. Il-wrestling huwa dixxiplina sportiva bir-regoli tagħha saħansitra ta’ ħarsien…

Saħħa

Id-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kompla bl-isforzi biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni dwar il-mard tal-qalb. F’jum ta’ attivitajiet, mijiet ta’ nies għamlu testijiet mediċi f’inizjattiva tas-Soċjetà tal-Qalb biex jikber l-għarfien dwar…

Għawdex

L-investiment fil-prodott turistiku Għawdxi ser jissukta bi skema ġdida Enable Tourism li kienet tħabbret fil-Budget għal din is-sena. L-iskema hija maħsuba biex itejjeb l-aċċessibiltà fil-postijiet tal-akkomodazzjoni turistika. Id-dettalji tagħha tħabbru…

Aktar