Aġenzija Appoġġ ma ħarġet l-ebda awtorizzazzjoni għal ġbir b’risq Children’s Dreams

Id-Direttur tal-Operat tal-Aġenzija Appoġġ, Ruth Sciberras qalet li l-aġenzija ma ħarġet l-ebda awtorizzazzjoni sabiex isir ġbir ta’ flus u ħwejjeġ sportivi mid-djar jew permezz ta’ telefonati, bil-għan li jiġu mgħejjuna s-servizzi li toffri l-Aġenzija, partikolarment għan-nom taċ-Children’s Dreams.

Fi stqarrija l-Aġenzija Appoġġ qalet li tixtieq tiddisassoċja ruħha minn kull ġbir mhux awtorizzat li seta’ sar jew qed isir.

Żiedet tgħid li min jixtieq jikkuntattja lill-Aġenzija Appoġġ f’dan ir-rigward, jista’ jċempel fuq 2295 9000 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.

Kull min jixtieq joffri għajnuna liċ-Children’s Dreams jżur www.childrendream.org jew jibgħat email fuq [email protected]