Lokali
Aġenzija ġdida biex tieħu ħsieb li jitjiebu t-toroq f’seba’ snin

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ressaq għat-tieni qari fil-parlament, l-abbozz ta’ liġi li se jwaqqaf l-Aġenzija Infrastructure Malta li se tara li tiġi implimentata l-wegħda elettorali ta’ investiment ta’ €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin biex titjieb il-kwalità u s-sigurtà tat-toroq.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg spjega li l-Aġenzija Infrastructure Malta se tkun responsabbli għal bini, immaniġjar u manutenzjoni tat-toroq arterjali, residenzjali u rurali, kif ukoll minn infrastruttura pubblika oħra fil-Gżejjer Maltin. Qal li l-Gvern ma qagħdx jistenna t-twaqqif ta’ din l-aġenzija biex beda x-xogħol fuq numru ta’ proġetti.

“Ridna li jkollna entità ddedikata, iffukata, bl-expertise ukoll li kienet tħaddan Transport Malta fid-direttorat partikolari, pero rridu nitilgħu livell aktar ‘il fuq. Irridu ndaħħlu standards ġodda, niżguraw li x-xogħlijiet isiru fil-ħin, skont il-budget li jkun hemm ivvutati, b’kordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali,” qal il-Ministru Borg.

Il-Ministru Borg qal li l-ewwel prijorità se tingħata lill-160 triq residenzjali li qatt ma saru. Dr Borg qal li Infrastructure Malta se tieħu wħud mir-responsabbiltajiet li kellhom Transport Malta, il-Kunsilli Lokali u l-entitajiet oħra involuti fil-manutenzjoni tat-toroq.

Il-Ministru qal li l-aġenzija se tkompli tarma ruħha b’aktar professjonisti u tekniċi u se tevalwa l-possibilità ta’ kollaborazzjoni mas-settur privat, biex takkwista aktar ħiliet u riżorsi tekniċi sabiex tilħaq il-miri tagħha. Spjega li waqt l-ippjanar tax-xoghlijiet, l-aġenzija se titkellem mal-entitajiet ohra bħall-Korporazzjoni tal-ilma u l-Enemalta biex ix-xoghol ikun organizzat u ma jsirx xoghol doppju.

Żied jgħid li mal-entitajiet li għandhom servizzi taħt il-livell tat-triq, l-aġenzija se tiddiskuti standards ġodda, biex jintużaw metodi li jnaqqsu l-bżonn li jitħaffru trinek u f’każi fejn m’hemmx alternattivi, dawn jerġgħu jinksew bl-asfalt skont standards ta’ kwalità għolja, sabiex it-triq tibqa’ fi stat tajjeb.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Jekk kont qed issiefer u tagħżel li toqgħod f’Airbnb hemm ċans li se tara bosta tibdiliet dalwaqt.  Dan għax qed jinkisru bosta regoli Ewropej tal-konsumatur tant li l-Kummissjoni Ewropea talbet…

NGOs

Il-LifeCycle (Malta) Foundation qed tappoġġa b’mod finanzjarju soluzzjoni sofistikata ta’ software installata fit-Taqsima tal-Kliewi fl-Isptar Mater Dei. Imsejħa Traccia, is-software jgħin biex “iqabbel” u jiddetermina bi preċiżjoni għolja l-kompatibiltà tal-organu…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà meta kien qed jgħum fil-bajja ta’ Kemmuna. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar fil-Blue Lagoon. TVM infurmat li r-raġel,…

Aktar