Lokali
AĠĠORNAT 2: Gwardjan tal-ħabs jinżamm arrestat – ma jammettix li stupra priġuniera u ffastidja sesswalment oħra waqt xogħlu

Gwardjan tal-ħabs inżamm arrestat wara li ma ammettiex li stupra tifla minorenni waqt ħin ix-xogħol.

L-akkużat huwa Joseph Zammit ta’ 52 sena minn Ħal Kirkop qed jiġi akkużat li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ waħda mill-priġunieri li għandha 15 il-sena li tinsab fit-taqsima Yours fl-Imtaħleb.

Hu kien akkużat li ta fastidju sesswali lil tfajla oħra ta’ 16-il sena, kif ukoll li li bħala uffiċjal pubbliku kellu d-dmir li ma jħallix li jsiru atti simili u mhux jikkommettihom huwa stess.

TVM jinsab informat li l-każ seħħ f’Lulju li għadda, fejn l-akkużat abbuża mill-priġuniera fis-sezzjoni tal-YOURS, fl-Imtaħleb. Kienet it-tifla stess li tkellmet mat-tmexxija tal-ħabs.

L-Avukat Difensur Franco Debono talab il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet bil-Qorti tiċħad it-talba u titlob lid-Direttur tal-Ħabs biex jintbagħat fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmelli biex tinżamm id-distanza mill-vittma. Dr Debono saħaq li f’dan il-każ għandha tinżamm il-preżunzjoni tal-innoċenza anke jekk l-akkużi huma serji.

Il-Qorti, immexxija mill-Maġistrat Audrey Demicoli, ordnat divjet fuq l-ismijiet tal-vittmi.  Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Joseph Busuttil.
Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Tfal

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li l-Gvern se jressaq emendi fil-liġi tal-addozzjonijiet biex it-tfal addottati jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament meta jiġu addottati minn koppji Maltin. Waqt li indirizza l-ewwel konferenza…

Infrastruttura

Fid-dawl tal-inċident li seħħ jumejn ilu f’Gwardamangia, fejn waqgħet blokka appartamenti u ċediet ukoll dar, il-ġeoloġista Dr Peter Gatt qal li l-bini f’Malta se jibqa’ jitfarrak u jiġġarraf. Dr Gatt…

Aktar