Kronaka
Ex suldat, il-vittma li tilef ħajtu wara li waqa’ minn gallarija f’Wied il-Għajn

Mario Mifsud ta’ 59 sena minn Raħal ġdid ġie identfikat bħala l-vittma li tilef ħajtu f’inċident sfortunat wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn gallarija ta’ residenza fi Triq Ġebel f’Wied il-Għajn.

Mifsud li huwa ex-suldat miet wara li kien ilu tmint ijiem jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

Huwa kien ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post waqt li l-kundizzjoni tiegħu mill-ewwel ġiet iċċertifikata bħala waħda serja.

Il-mewt ta’ Mario ġabet reazzjoni minn bosta, b’mod partikolari ex kollegi tiegħu fil-Forzi Armati Maltin.

Qal li għal Mario, dak li kienu jaraw għajnejh kienu jagħmluh idejh. Kien is-suldat li fil-Barracks ta’ Ħal Luqa kont tmur għandu dwar manutenzjoni ta’ elettriku u ilma.

Qalu li Mario kien imexxi tim dedikat u qatt ma ddejjaq minn proġetti ġodda li tressqu quddiemu. Fl-istess qalu li qatt ma kien jiddejjaq jagħmel il-punt tiegħu.

“Kien raġel maħbub u rrispettat. Kien mexxej li mexxa bl-eżempju u għallem il-ħiliet u s-sengħa tiegħu lis-suldati li kienu jaqgħu taħtu fit-team tiegħu”, temmu jgħidu ex kollegi sħabu waqt li sellmu l-memorja tiegħu.