AĠĠORNAT: Tittajjar żagħżugħa fejn Bieb il-Bombi

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mix-Xewkija Għawdex ittajret fi Triq Nazzjonali fi Blata l-Bajda, qabel Bieb il-Bombi l-Furjana u l-kundizzjoni tagħha mhix waħda serja.

L-aċċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 p.m. meta ż-żagħżugħa kienet qed taqsam it-triq.

tvm.com.mt jinsab infurmat li l-vettura li tajritha hija tal-Ministeru tal-Finanzi. 

Fi stqarrija l-Ministeru tal-Finanzi kkonferma li l-vettura tal-Ministru kienet involuta f’dan l-aċċident u li l-Ministru Edward Scicluna kien fil-karozza fil-ħin tal-aċċident.

Il-Ministeru qal li l-Ministru Scicluna baqa’ fuq il-post sakemm waslet l-għajnuna medika u l-pulizija.

Il-Ministeru qal li hu infumat li l-mara mhix f’kundizzjoni serja.

Nifhmu wkoll li l-Minsitru tas-Saħħa Godfrey Farrugia inzerta kien għaddej mill-akwati fi triqtu lejn il-Belt wara laqgħa tal-grupp parlamentari u waqaf jgħin personalment lill-vittma.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar