Edukazzjoni
Aggressjonijiet fuq l-edukaturi jistgħu jibdew jiġu rrapportati online

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li jieħu nota tal-istħarriġ tal-MUT u assigura li qatt mhu se jittollera vjolenza fuq l-edukaturi jew impjegat fl-iskejjel. F’reazzjoni, il-Ministeru qal li minkejja li jinnota li dan mhux stħarriġ xjentifiku kif immarkat mill-union, il-Ministeru ser jieħu passi immedjati biex l-esperjenzi li ġew deskritti ta’ imġiba aggressiva u vjolenti fuq edukaturi jkomplu jiġu indirizzati.

Il-Ministeru qal li se jkun qed iniedi spazju fuq l-online –www.edu.gov.mt/support  fejn kull edukatur fl-iskejjel jista’ jagħmel rapport fuq kull tip ta’ imġiba mhux xierqa li qed jaffaċċja. Intqal li għall-fini ta’ trasparenza, fl-aħħar tas-sena skolastika ser jiġu ppubblikati in-numru tar-rapporti li daħlu u jiġu segwiti mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi biex jittieħdu passi.

Ara wkoll:

L-MUT tipproponi uffiċjal tas-sigurtà f’kull skola

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 49 sena residenti l-Gżira nħeles mill-arrest wara li darab ħafif lis-sieħba tiegħu li jgħixu flimkien. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, il-vittma qalet li tixtieq li jibqgħu jgħixu flimkien u…

Qorti

Liam Debono mistenni jitressaq quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud wara li lbieraħ reġa spiċċa arrestat mill-ġdid wara li nqabad isuq vettura, allegatament mingħajr liċenzja. Debono li għandu 18-il sena għaddej…

Lokali

Malta u Għawdex illum qed jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Il-postijiet tal-votazzjoni fetħu fis-7am u se jagħlqu fl-10pm TVM qed idur diversi lokalitajiet fosthom għall-ħabta tal-10am kien jinsab…

Aktar