COVID-19
“Agħtu widen lill-awtoritajiet – is-sitwazzjoni tista’ taqleb għall-agħar” – xjentisti Maltin

Ix-xjentisti Maltin Dr Joseph Caruana (ritratt), Prof Kristian Zarb Adami u Dr Lourdes Farrugia appellaw lill-pubbliku biex josserva r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet Maltin li jingħataw b’rabta mal-Covid-19.

Dawn it-tliet xjentisti mid-Dipartiment tal-Fiżika fl-Università ta’ Malta flimkien qed janalizzaw id-data tal-każijiet tal-Covid-19 f’Malta ġurnata b’ġurnata.

F’kummenti li taw lil TVM, huma qalu li l-futur jiddependi fuq id-dixxiplina tal-poplu u r-responsabbiltà kollettiva li kulħadd jimxi mal-linji gwida tal-awtortitajiet tas-saħħa, f’kull ħin u f’kull mument.

Sostnew li illaxkar u aġir irresponsabbli m’hemmx lok għalihom.  “Li l-awtoritajiet tas-saħħa kienu qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna huwa ċar, iżda li imbagħad issib lil min ma jagħtix każ tad-direttivi huwa tassew perikoluż f’sitwazzjoni kritika.”

Irreferew għall-pajjiżi oħrajn bħala eżempju ta’ kif is-sitwazzjoni tista’ taqleb għall-agħar. Din hija possibilità reali ħafna, bħalma wieħed m’għandux jeskludi mwiet f’Malta.

“Jekk ikun hemm aġir irresponsabbli illum li jwassal għal tixrid tal-virus, dan jiġi rifless fin-numri iktar ‘il quddiem.  Kollox jiddependi fuq l-imġieba tal-poplu. Għad nistgħu naraw li naqbdu triq fejn in-numri jikbru b’mod drastiku.”

Fuq: Ir-rata ta’ tixrid tal-Covid-19 f’Malta sal-Ħadd 29 ta’ Marzu

Spjegaw li kull numru jkun hemm livell ta’ inċertezza dwaru, li nsejħulu l-error. Id-daqs ta’ dan l-error fuq kull numru huwa importanti, għax it-tbassir jiddependi fuqu.

“Biex nifhmu x’varjazzjoni jista’ jkun hemm, wara li użajna mudell matematiku, għal diversi ġranet, għamilna eluf ta’ simulazzjonijiet permezz tal-kompjuter, biex nesploraw x’possibiltajiet jeżistu. U użajna anke iktar minn mudell wieħed.”

Fissru li biex tikseb iktar kunfidenza dwar il-preċiżjoni ta’ numru speċifiku, irid ikun sar random testing, biex wieħed jevita bias fil-kampjun. Qalu li fin-nuqqas ta’ dan, in-numru li wieħed ikun qed jaħdem bih jista’ jkun ottimist wisq.

“Li wieħed jaħseb li diġà ħriġna mill-periklu sempliċiment għax kellna numru żgħir ta’ jiem b’numri baxxi jkun żbaljat ħafna, u perikoluż,” temmew jgħidu Dr Caruana, Prof Zarb Adami u Dr Farrugia.

Ara dan il-filmat li jispjega l-modi differenti kif tinfirex pandemija:

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

COVID-19

Studenta ta’ 22 sena, Rebecca Caruana kitbet ktejjeb elettroniku dwar il-pandemija tal-Covid 19 li se jiġi ppubblikat ftit tal-jiem oħra fi New York bi sħab mal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa u ċ-Ċentri…

Aktar