Barranin
Aħbar ħażina għal min iħobb il-karozzi Tesla

Il-kumpanija Tesla ħabbret li se tkun qed tgħolli l-prezzijiet tal-karozzi elettriċi tagħha b’madwar 3%, wara li rtirat parzjalment id-deċiżjoni biex tagħlaq għadd ta’ ħwienet madwar id-dinja.

L-għeluq ta’ diversi showrooms kellha tkun mossa li tnaqqas l-ispejjeż tal-kumpanija, wara li kien irrappurtat li s-sena li għaddiet kienet l-iktar waħda iebsa għaliha.

Il-ko-fundatur u Kap Eżekuttiv ta’ Tesla, Elon Musk, kien qajjem kontroversja meta ddikjara li l-karozzi tal-kumpanija kienu wisq għolja għall-maġġoranza tan-nies.

Filwaqt li l-kumpanija żammet mal-pjani biex traħħas Model 3, verżjonijiet ta’ Model 3 bl-extras, Model S u Model X, se jkunu qed jogħlew.

Mir-Renju Unit, l-irħas verżjoni ta’ Model 3 tinbiegħ għal €30,500. Mill-banda l-oħra, Model S jibda minn €83,000, filwaqt li Model X jibda minn €92,750. Il-konsumaturi għandhom ċans sat-18 ta’ Marzu biex jixtru l-vetturi b’dan il-prezz qabel ma jogħlew.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar