Barranin
Aħjar ma tużax il-mobile waqt li tagħmel ix-xirja!

Naħseb li kemm-il darba mortu tixtru u wara sibtu li kien hemm xi oġġetti li ma kellkomx bżonnhom.  Dan huwa vizzju li donnu qed jiżdied, u wisq probabbli għax f’xi ħin użajtu l-mobile, aljenajtu u spiċċajtu nsejtu eżatt ix-xirja fiex kellha tikkonsisti.

Riċerka turi li dawk li jmorru jixtru u joqogħdu jibagħtu messaġġi, emails jew jisimgħu l-mużika mill-mobile jiġu distratti u jinsew xi jkunu jridu jixtru eżatt.  Anke jekk il-mobile ma jibqax jintuża tul ix-xirja kollha, xorta waħda hemm ċans li l-moħħ jibqa distratt.

Iktar minn 230 voluntier intalbu jieħdu sehem f’riċerka u kellhom jew ma jużawx il-mobile, jew jużawh kultant jew inkella jużawh il-ħin kollu waqt ix-xirja.  Ingħataw lista ta’ oġġetti li jridu jixtru u wara ġew analizzati r-riżultati.

Ir-riċerkaturi sabu li iktar ma ntuża l-mobile iktar ġew distratti x-xerrejja.  L-inqas li ttieħdu żbalji meta ntuża l-mobile huwa meta ntuża biex ix-xerrej ifittex xi affarijiet fuq ix-xirja stess, fosthom biex tfittex xi tagħrif fuq xi prodott.

Dr Michael Sciandra, li mexxa l-istudju tal-Università ta’ Fairfield f’Connecticut, qal li l-mobiles qed isiru iktar ta’ distrazzjoni għal ħafna konsumaturi, bi 93% jammettu li jużawh ta’ spiss waqt ix-xirja.

Madwar nofs dawk li jużaw il-mobile waqt ix-xirja ma jfittxux tagħrif dwar il-prodotti li jkunu jeħtieġu u għalhekk jispiċċaw jonfqu iżjed milli mistenni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ħabta bejn quad bike u vettura fit-Telgħa t’Alla u Ommu waslet biex tingħalaq it-triq li tagħti għal Buġibba. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15am. Il-kundizzjoni u l-identità tan-nies involuti għadha mhix magħrufa.

Lokali

Hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, qal li skont ċifri proviżjonali, id-distakk huwa ta’ 17%, li jammonta għal differenza ta’ madwar 45,000 vot…

Elezzjoni

F’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-riżultat proviżorju tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jirrifletti l-ikbar distakk politiku fl-istorja tal-pajjiż. Qal li skont figuri proviżjonali, id-distakk…

Lokali

L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li hemm distakk ta’ madwar 45,000 bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, bil-Partit Laburista li jinsab minn fuq. Iktar kmieni kien irrappurtat li d-distakk huwa ta’…

Aktar