Kurżitajiet
Aħsibha darbtejn jekk beħsiebek tpoġġi hawn

Mil-lum ‘il quddiem, min jiftillu jpoġġi fuq l-aktar taraġ magħruf f’Ruma jista’ jlesti ruħu li jlaqqat multa.

Dan it-taraġ, magħruf bħala Scalinata di Trinità dei Monti, huwa meqjus bħala monument u ħadd aktar ma jista’ jpoġġi fuqu skont il-liġi emendata.

It-turisti baqgħu skantati hekk kif minn ftit jiem ilu bdew jiġu mwiddba mill-pulizija biex ma jistriħux fuq it-taraġ u jsibu bnadi oħra.

Min jikser il-liġi u jpoġġi jew jinqabad jiekol u jixrob fuq it-taraġ jaf jeħel bejn €250 sa €400 multa.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tmien persuni mietu u 10 oħra ndarbu wara li ħakmu nirien f’lukanda fl-Ukrajna. In-nar, li tkebbes wara nofsillejl għadu mhux magħruf kif qabad. Fil-lukanda, Tokyo Star hemm mal-273 kamra. Il-pumpiera…

Barranin

Miet l-attur u direttur Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Peter Fonda huwa iben l-attur Henry Fonda u ħu l-attriċi Jane Fonda. Fonda kellu bint li hija attriċi wkoll, Bridget…

Barranin

Kelliema għall-Uffiċċju tal-Kap Mediku ta’ New York, ikkonfermat li awtopsja kkonkludiet li l-finanzier Amerikan Jeffrey Epstein ta’ 66 sena, miet kawża ta’ suwiċidju. Epstein instab mejjet il-ġimgħa l-oħra fiċ-ċella tal-ħabs…

Barranin

Politiċi Daniżi qalu lill-President Amerikan Donald Trump li Greenland mhix għall-bejgħ. B’reazzjoni għar-rapporti ppubblikati fil-Wall Street Journal, dwar kif Trump allegatament iddiskuta l-possibiltà li jixtri l-akbar gżira fid-dinja mal-konsulenti tiegħu,…

Aktar