Teknoloġija
Aħsibha darbtejn jekk bi ħsiebek tieħu xi ‘data’

Jekk kont taħseb li reat kriminali jinvolvi biss qtil, kull xorta ta’ vjolenza, jew frodi, mela għarralek. It-teħid ta’ data mingħajr permess huwa meqjus bħala reat kriminali daqstant ieħor gravi.

F’dan il-kuntest, bil-għan li l-pubbliku jsir aktar midħla ta’ dak kollu relatat ma’ użu mhux dovut tal-kompjuter, f’dawn l-aħħar jiem il-MITA qed ixxandar għadd ta’ filmati relatati mas-sigurtà diġitali bit-tama li l-messaġġ tagħha ma jaqax fuq widnejn torox.

F’filmat minnhom, fost l-oħrajn, b’referenza għall-imġiba ta’ dak li jkun fuq il-post tax-xogħol, l-Ispettur Timothy Zammit jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li kumpanija, qabelxejn, għandha tagħmel mezz li tipproteġi bis-sħiħ id-data li jkollha f’idejha.

L-Ispettur Zammit żied jgħid li persuna li tiċċaqlaq minn kumpanija għall-oħra qatt m’għandha tgħaddilha minn rasha li tagħmel tagħha kwalunkwe tip ta’ informazzjoni mingħajr permess.

B’rabta mal-viruses, l-Ispettur Zammit saħaq li dak li jkun għandu joqgħod b’seba’ għajnejn għalihom hekk kif dawn jistgħu jinfirxu daqs tazza ilma permezz tal-e-mail jew f’forma ta’ links imxerrda fuq il-midja soċjali, fost oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Għaliex jibjad ix-xagħar bl-inkwiet? Ix-xjentisti qalu li jinsabu viċin li jiskopru għala jseħħ dan il-fenomenu li jġiegħel lil ħafna jirrikorru għand il-barbier. L-istudju tax-xjentisti qed isir bl-iskop li tinstab soluzzjoni…

Ikel

Is-sempliċità li tant tikkaratterizzah serqet il-qlub ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Kajman, u jitkellem b’tali mod li jinftiehem minn kulħadd. Filwaqt, li jxammar il-kmiem, litteralment, u jmidd idejh fil-kċina…

Barranin

Mara li tilfet parti minn sieqha wara li ntlaqtet b’taxi fi New York, għamlet sieq prostetika minn basket ta’ Louis Vuitton. Sian Green-Lord, Brittanika minn Leicester, kienet miexja ma’ ħabibta…

Tradizzjonijiet

Iż-żmien itir u ma jistenna ‘l ħadd. Għal darb’oħra, il-Karnival reġa’ wara l-bieb. Liema jiem, huma kkaratterizzati minn briju, kostumi u karrijiet ta’ kull għamla, xi biċċtejn prinjolata, u lwien…

Aktar