Barranin
Aħsibha darbtejn qabel tiekol ġelat dan is-sajf

Ikel ipproċessat iżżejjed bħalma huma ċ-chicken nuggets, il-ġelat u ċ-ċereali li jittieklu għall-kollazjon huwa marbut mal-mewt ta’ età żgħira u nuqqas ta’ ikel tajjeb għas-saħħa.

Riċerkaturi fi Franza u Spanja qalu li l-ammont ta’ dat-tip ta’ ikel qed iżid fil-konsum, iżda l-istudji għad m’għandhomx konferma definittiva.  L-esperti qed jesprimu iktar kawtela, iżda qed jinsistu li għandha issir riċerka f’dan ir-rigward.

Fl-ewwel studju mill-Università ta’ Navarra fi Spanja li sar fuq kważi 20,000 ruħ, ġie mistħarreġ x’tip ta’ ikel qed jieklu għal 10 snin u saret analiżi tad-dieta tagħhom kull sentejn.  Fost dawk li ħadu sehem f’dan l-istudju mietu 335 persuna.

Għal kull 10 imwiet fost dawk li kieku ikel ipproċessat iżżejjed, kien hemm 16-il mewt ta’ persuni li kienu jieħdu iktar minn 4 porzjonijiet kuljum ta’ dat-tip ta’ ikel.

Fit-tieni studju mill-Università ta’ Pariġi fi Franza li saru fuq iktar minn 105,000 persuna fuq medda ta’ 5 snin, id-dieta ġiet analizzata darbtejn f’sena.  L-istudju wera kif dawk li kielu l-iktar ikel ipproċessat iżżejjed kellhom l-agħar riperkussjonijiet fuq saħħithom, bħal problemi f’qalbhom.

Ir-rata ta’ mard tal-qalb kienet ta’ 277 għal kull 100,000 ruħ fis-sena fost dawk li kielu l-iktar ikel ipproċessat iżżejjed, meta mqabbel mal-242 għal 100,000 ruħ ta’ dawk li kielu inqas ikel ta’ din ix-xorta.

Dr Mathilde Touvier mill-Università ta’ Pariġi qalet lill-BBC li l-evidenza qed tiżdied b’iktar studji li qed isiru biex jinvestigaw ir-riskji tal-konsum ta’ ikel ipproċessat u l-effetti tiegħu fuq saħħet il-bniedem.

Il-Prof Bes-Rastrollo mill-Università ta’ Navarra qalet lill-BBC li l-ikel ipproċessat iżżejjed huwa ħażin għas-saħħa, bi studji juru rabta bejn dat-tip ta’ ikel u l-effetti fuq saħħet il-bniedem.  Iżda għad jonqos jinkisbu iktar provi konkreti biex wieħed jasal għall-konklużjoni jekk waħda tikkawżax lill-oħra.

Minbarra r-riskju tal-obeżità, min jiekol ħafna ikel ipproċessat għandu t-tendenza li jkollu vizzji oħrajn bħalma huwa t-tipjip.

Għaldaqstant, l-esperti jirrakkomandaw li d-dieta tkun iktar Mediterranja, li tikkonsisti f’ħafna ikel mhux proċessat bħall-frott, il-ħaxix, il-ħut, il-ġewż, iż-żerriegħa, il-fażola, l-għads, u prodotti b’qamħ ismar.

Dan it-tip ta’ ikel flimkien mal-eżerċizzju huma ta’ benefiċċju biex jonqos ir-riskju tal-mard tal-qalb u l-problemi taċ-ċirkolazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Magician fl-Indja niżel marbut b’katina fi xmara biex jagħmel bħal Houdini, iżda sfortunatament ma reġax tfaċċa, u huwa maħsub li miet. Chanchal Lahiri, magħruf bħala Mandrake, niżel fix-xmara Hooghly, fl-istat…

Barranin

Xufier ta’ trakk fl-Italja sab ruħu fil-ħin u l-post opportun biex isalva żagħżugħ li kien qed jipprova jneħħi ħajtu. Il-każ seħħ f’Milan, meta ġuvni ta’ 19-il sena tela’ fuq pont…

Barranin

Il-Pulizija qed ifittxu l-moħħ wara l-isparaturi li seħħew ilbieraħ filgħaxija f’Philadelphia li ħallew student maqtul u 7 oħra midruba. L-isparaturi seħħew f’festin tal-gradwazzjoni fejn kien hemm madwar 60 persuna bil-pulizija…

Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Aktar