Kurżitajiet
Aħsibha darbtejn qabel tuża l-hand dryers

Ir-riċerkaturi tal-Università ta’ Connecticut sabu li l-hand dryers iferrxu l-mard u l-mikrobi meta jiġu użati.

Jekk kien mingħalik li qed tagħmel xi biċċa xogħol tajba billi tnixxef idejk ma’ hand dryer u żżomm ruħek nadif, sejjer żball.

Din kienet sorpriża għal bosta wara li l-ħsieb sa ftit tal-ġranet ilu kien li l-użu tal-hand dryers kien metodu aktar iġeniku kif wieħed jista’ jixxotta jdejh wara li jaħsilhom.

Is-sitwazzjoni tmur għall-agħar meta wieħed jifluxxja bl-agħtu tat-toilet miftuh, għaliex jinxterdu xi partiċelli minn ġo fih fl-arja li jinbelgħu u jerġgħu jinxterdu b’saħħa qawwija ladarba jinxtegħel il-hand dryer.

Anke jekk il-hand dryers ikollhom xi filters, dawn xorta mhux biżżejjed biex jeqirdu l-mikrobi preżenti.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Fenomenu ġdid qed jaħkem il-belt Kolumbjana Itagui, fejn hemm midfun Pablo Escobar, l-akbar traffikant tad-droga tal-pajjiż. Fuq il-midja soċjali faqqgħet moda ġdida u perikoluża fejn, in-nies qed jerħulha lejn Itagui…

Barranin, Kurżitajiet

Beaux Tox huwa kelb tar-razza Labrador Retriever li jidher kemxejn differenti minn klieb oħra tal-istess razza tiegħu. Il-kelb twieled b’deformità f’wiċċu wara li tgħaffeġ f’ġuf ommu. Lil Beau Tox ħadd…

Barranin, Kurżitajiet

Fl-Awstralja, kelb xiħ u diżabbli ġie onorat wara li salva l-ħajja ta’ tifla ċkejkna li ntilfet fis-selvaġġ. Max, li għandu 17-il sena, huwa kelb li jintuża biex jieħu ħsieb il-baqar…

Kurżitajiet

Roger Alvarado, ta’ 22 sena daħal fil-propjetà tal-kantanta famuża Taylor Swift, il-Ġimgħa filgħaxija. Alvarado li huwa magħruf li jsus wara l-kantanta rnexxielu jidħol f’darha u hemmhekk, huwa ddeċieda jieħu nagħsa…

Aktar