Qorti
Aħwa jammettu li serqu minn ħanut tal-laħam

Żewġ aħwa ta’ 22 sena u 15 il-sena li isimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħataw il-ħelsien mill-arrest sakemm jingħataw is-sentenza wara li ammettew li serqu minn ħanut tal-laħam fi Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta.

Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella, l-Ispettur tal-Pulizija Jeffrey Scicluna xehed kif il-bieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu, sid il-ħanut mar fl-Għassa biex jirrapporta li kien għadu kif ġie misruq u li sab s-shutter maqlugħ minn postu. Qal li minn investigazzjonijiet preliminari, irriżulta li l-cash register kienet sgassata u nsterqu flus kontanti. Wara aktar investigazzjonijet il-Pulizija arrestat tliet żagħżagħ li għandhom bejn it-13 u 22 sena.

F’dan l-istadju, il-pulizija resqet liż-żewġ aħwa. Wara li ammettew l-akkużi, l-avukat tagħhom talab lil-Qorti sabiex jitħejja rapport qabel tingħata s-sentenza. Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirmaw kuljum fl-għassa tal-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar