Barranin
Aħwa jmutu wara li ommhom tħallihom imsakkrin fil-karozza fl-Awstralja

Żewġt’ibniet mietu wara li ommhom ħalliethom imsakkrin fil-karozza fis-sħana fl-Awstralja.

Il-mara, li fil-Qorti ġiet akkużata bi qtil, ħalliet iż-żewġt itfal tagħha, li għandhom sena u sentejn, fil-karozza fi Queensland is-Sibt li għadda. Sa issa għadu mhuwiex ċar kemm kienu ilhom fil-karozza.

Il-Pulizija qalu li t-tfal jidher li ġew esposti għall-sħana esaġerata. Fil-fatt, it-temperaturi fir-raħal ta’ Brisbene, qrib fejn instabu, dak il-ħin kienu ftit iktar minn 31 grad celcius.

L-omm, Kerri-Ann Conley ta’ 27 sena, hija l-ewwel persuna li qed tiġi akkużata bi qtil wara li l-istat ta’ Queensland espanda id-definizzjoni ta’ dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala qtil.

L-awtoritajiet Awstraljani qalu li t-tfal kienu magħrufa mas-servizzi soċjali tal-pajjiż. Intant, fuq l-omm instabu wkoll oġġetti relatati mal-użu tad-droga.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-pandemija tal-Covid-19 se tkompli tiggrava jekk il-gvernijiet mhux se jieħdu iktar azzjoni deċiżiva f’pajjiżhom biex jikkontrollaw l-imxija. Adhanom…

Barranin

Franza tirrikonoxxi l-ħidma tat-tobba, l-infermiera u ħaddiema oħra fis-settur tas-saħħa matul l-imxija Covid-19 b’żieda sostanzjali fil-pagi. Il-ftehim iffirmat fis-sigħat li għaddew mal-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema jiswa mat-tmien biljun ewro. Permezz…

Barranin

Il-katavru tal-attriċi Naya Rivera, magħrufa aħjar għall-irwol tagħha fis-sensiela Amerikana Glee, Santana Lopez instab f’Lake Piru f’Kalifornja. L-attriċi ta’ 33 sena kienet ilha nieqsa min-nhar l-Erbgħa wara li kriet dgħajsa…

Barranin

Andrzej Duda ġie elett mill-ġdid President tal-Polonja, u għadda lir-rivali Rafal Trzaskowski b’maġġoranza żgħira. Skont il-kummissjoni elettorali tal-pajjiż, Duda kiseb 51.2% tal-voti, f’dik li qed titqies bħala l-iktar elezzjoni missielta…

Aktar