Air Malta
Air Malta bi profitt ta’ €1.2 miljun wara kważi 20 sena b’telf

F’għeluq il-45 sena mill-ewwel titjira tal-Air Malta u wara 18-il sena topera bit-telf, il-linja nazzjonali tal-ajru rreġistrat qligħ operazzjonali ta’ miljun u mitejn elf ewro. Waqt il-laqgħa ġenerali annwali, l-Air Malta ppreżentat ir-rapporti finanzjarji tagħha għas-sena li ntemmet f’Marzu 2018. Minnu joħroġ li d-dħul tal-Air Malta żdied b’aktar minn ħames miljun ewro waqt li l-kumpanija naqset l-ispejjeż bi kważi €7 miljun. Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dawn ir-riżultati nkisbu wara li l-linja nazzjonali tal-ajru għażlet strateġija ta’ tkabbir b’żieda fir-rotot.

Fis-sena finanzjarja li ntemmet f’Marzu 2018, għall-ewwel darba fi 18-il sena, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta għamel qligħ ta’ miljun u mitejn elf ewro. Fis-sena ta’ qabel, l-Air Malta kellha telf ta’ għaxar miljuni u tmien mitt elf ewro.

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-Air Malta, il-linja nazzjonali tal-ajru ppreżentat ir-rapporti finanzjarji li juri li rreġistrat żieda fid-dħul ta’ ħames miljun u tlett mitt elf ewro li ġew l-aktar miż-żieda ta’ 11% tal-passiġġieri li ġarret l-Air Malta u minn żieda ta’ 2.8 fil-mija tat-titjiriet.

L-Air Malta rnexxielha wkoll tnaqqas l-ispejjeż tal-operat b’sitt miljun u ħames mitt elf ewro permezz ta’ sistemi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, fil-kirjiet tal-ajruplani u fl-ispejjeż tal-manutenzjoni.

Iċ-chairman tal-Air Malta Charles Mangion qal li l-Air Malta għandha flotta ta’ 10 ajruplani u l-bord għadu kemm approva pjan sabiex ikompli jġedded il-flotta fi żmien ħames snin. Żied li qed imorru għall-aħħar mudell tal-Airbus, it-3-20Neo li ġġorr 180 passiġġier. In-nutar Mangion qal li l-kumpanija ġarret iżjed passiġġieri u qed tagħmel użu aħjar mill-flotta tagħha u għalhekk irnexxielha tagħmel il-qligħ.

“L-għan tagħna hu li nżidu l-load factor, kellna żieda sostanzjali minkejja ż-żieda fil-kapaċità, irridu nkomplu nżidu dik il-load factor, nutilizzaw aktar l-ajruplani, illum qegħdin 13 u fis-sajf 14-il siegħa kuljum which is quite high. Irridu nsostnuha biex dik il-produttività li ħsibna anki fil-collective agreements aħna nilħquha.”

Iċ-chairman qal li wara l-introduzzjoni ta’ 21 rotta ġdida, l-Air Malta baqgħet taħdem sabiex tfittex swieq ġodda u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jitħabbru d-dettalji dwar rotot ġodda lejn Varsavja fil-Polonja u lejn il-Kajr fl-Eġittu. Qal li l-AirMalta tibqa’ b’għajnejha miftuħin għas-sitwazzjoni fil-Libja sabiex mal-ewwel opportunità ‘ terġa ttibda ittir lejn il-Libja.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dawn ir-riżultati huma frott tad-determinazzjoni biex il-kumpanija tqum fuq saqajha. Huwa faħħar lit-tmexxija tal-kumpanija u lill-ħaddiema tal-Air Malta li wara l-ftehimiet kollettivi, tejbu l-flessibbiltà u produttività biex inkisbu dawn ir-riżultati. Il-Ministru Mizzi qal li l-Air Malta, trid tkompli bil-pjani tagħha biex tkompli tikber u ttejjeb il-konnettività b’aktar destinazzzjonijiet.

“Nixtiequ li l-pajjiż tagħna hekk kif il-pożizzjoni tiegħu qed tinbidel, qed nattiraw iktar turisti ta’ kwalità lejn pajjiżna, qed insiru regional hub tan-negozju qed naħdmu bi sħiħ biex iva niftħu swieq ġodda min-naħa tal-airline tagħna.”

Il-Ministru Mizzi qal li għaddejjin b’taħditiet mal-Airbus sabiex l-Air Malta ġġib ajruplan 3-20Neo li jkun jista’ jagħmel titjiriet fit-tul bil-għan li l-linja nazzjonali tal-ajru tibda ttir ukoll lejn pajjiżi bħall-Indja.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Kompliet llum fil-Qorti il-kumpilazzjoni fil-qtil ta’ Maria-Lourdes u Angele Bonnici li allegatament inqatlu mill-iben/ħu l-vittmi – Joseph Bonnici. Fil-Qorti ta x-xhieda tiegħu l-missier tal-familja Bonnici, Paul li qed jiskonta sentenza…

Lokali

Fuq il-paġna tiegħu, Bjorn Formosa, is-simbolu Malti li jirrappreżenta l-pazjenti li jbatu mill-ALS, qal li ddaħħal b’urġenza l-isptar. Jidher li Bjorn ma kienx qed jieħu nifs sew iżda minkejja dan…

Knisja Maltija

Nhar is-Sibt li ġej 4 djakni djoċesani se jiġu ordnati saċerdoti.  L-ordinazzjoni presbiterali se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt fid-9.30am. L-4 saċerdoti ġodda huma Peter Ellul mill-Parroċċa ta’ San Pawl…

Lokali

Illum, il-President ta’ Malta George Vella jagħlaq 77 sena u qed iqatta’ għeluq sninu flimkien mal-atleti tal-basketball b’abbiltajiet imħallta. L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, il-Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Aġenzija…

Aktar