Avjazzjoni
AirX iċċertifikata minn TM biex issewwi l-ajruplani

Il-kumpanija AirX Jet Support Malta ngħatat iċ-ċertifikat mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi Transport Malta biex tkun tista’ tagħmel manutenzjoni fuq tliet tipi ta’ ajurplani differenti.

B’dan iċ-ċertifikat, magħruf bħala EASA Part 145, din il-kumpanija se tkun tista’ tagħmel manutenzjoni fuq ajurplani tat-tip Airbus, Boeing 737 u l-Embraer ERJ-190/Lineage 1000.

Fi stqarrija TM qalet li hija kommessa li tkompli taħdem biex din l-industrija tkompli tikber, u li xhieda ta’ dan huma l-investiment riċenti li għamlet AirX, u kumpaniji oħra bħal Britten Norman, Avion u Tag Aviation.

Intqal li din l-industrija għandha l-ogħla standards, b’ aktar minn 3,200 impjegat, filwaqt li tikkontribwixxi 2.5% tal-prodott domestiku gross ta’ pajjiżna.

L-AirX għandha flotta ta’ 21 ajruplan minn 6 kategoriji differenti, b’żewġ ajurplani minnhom qegħdin fl-Istati Uniti. Il-kumpanija AirX għandha l-pjan li tkompli tespandi l-flotta tagħha bil-ħsieb ta’ aktar investiment f’ pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv, Houssam Hazzoury, qal li Malta hija post strateġiku fejn iżżomm l-ajurplani, u li jħares ‘il quddiem biex il-kumpanija tkompli tkabbar il-bażi ta’ manutenzjoni tagħha f’ pajjiżna.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar