Avjazzjoni
Ajruplan bi GRAZZI oħra . . . iwassal aktar provisti f’Malta

Kmieni dalgħodu wasal Malta f’titjira diretta miċ-Ċina ajruplan kbir tal-għamla Airbus A340-600 operat mil-linja tal-ajru Maleth-Aero u reġistrat Malta.

L-ajruplan beda l-vjaġġ ta’ madwar 11-il siegħa minn Nanjing fiċ-Ċina biex wassal Malta tagħmir u prodotti relatati mal-COVID-19.

Fuq l-ajruplan tispikka l-kelma “Grazzi” għan-National Health Service, is-servizz tas-saħħa tar-Renju Unit, li bħal oħrajn fid-dinja nkluż f’Malta qed ikomplu jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex ilaħħqu mal-pandemija.

Mill-bqija, skiet li jtarrax fil-mitjar.  Għal-lum kien hemm skedata titjira waħda tal-Air Malta lejn Heathrow.  Fil-ħin li crew ta’ Television Malta kien fuq  il-post osservajna ajruplan King Air B200 tal-Forzi Armati ta’ Malta jagħmel taħriġ fuq ir-runway prinċipali, kif juru l-filmati hawn taħt.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar