Ajruplan Iranjan “jiġġarraf qrib l-ajruport ta’ Tehran”

Tmienja u erbgħin ruħ inqatlu meta l-ajurplan żgħir tal-passiġġieri li kienu fuqu ġġarraf qrib l-ajruport tal-kapitali Iranjana, Tehran.

Skont il-media tal-istat, l-ajruplan iġġarraf f’żona residenzjali qrib l-ajruport ta’ Mehrabad fil-Punent ta’ Tehran dalgħodu.

Fost il-vittmi ta’ dan l-inċident tal-avjazzjoni kien hemm ħamest itfal.

It-titjira kellha tmur lejn Tabas fil-Lvant tal-Iran.

Fl-Iran spiss jiġġarfu ajruplani minħabba l-flotta antika t’ajruplani u manutenzjoni fqira.