Lokali
AĠĠORNAT 9: Passiġġiera abbord l-ajruplan li għamel inżul ta’ emerġenza jħallu Malta

Inżul ta’ emerġenza fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta dalgħodu ntemm b’wiċċ il-ġid hekk kif titjira tar-Ryanair li kienet għadha kemm telqet lejn Bristol l-Ingilterra ħabtet wiċċha ma’ problemi tekniċi fir-roti.

L-ajruport ta’ Malta il-Ħamis filgħodu daħħal fis-seħħ il-pjan tiegħu għal emerġenzi minħabba li ajruplan tar-Ryanair Boeing 737 li kien għadu kif telaq mill-ajruport għal titjira lejn Bristol fl-Ingilterra żviluppa ħsara fil-landing gear u l-bdot iddeċieda li jerġgħu lura lejn l-ajruport. Madankollu, qabel niżel fl-ajruport kellu jagħmel madwar siegħa u nofs jittajjar fil-viċin f’ogħli ta’ 6,000 pied sakemm jaħli l-fuel biex dan ma jkunx ta periklu fl-inżul ta’ emerġenza.

Hu mifhum li t-titjira FR3775 lejn Bristol kellha titlaq fis-7.20am iżda l-ajruplan telaq kwarta tard. Lanqas laħaq wasal fuq Għawdex li l-Kaptan ma rrappurtax li l-ajruplan kellu problema fil-landing gear mat-tlugħ u talab li jirritorna lejn l-ajruport. Nifhmu li l-passiġġiera abbord, ħafna minnhom Ingliżi ġew infurmati mill-ekwipagg bis-sitwazzjoni li żviluppat f’dik is-siegha u nofs li żgur kienu ta’ taqtiegħ il-qalb sakemm niżlu qawwijin u sħaħ fl-Ajruport ta’ Malta.

Għall-inżul ta emerġenza ftit wara id-9am  fuq ir-runway jistennew l-inżul kien hemm il-fire engines tal-Ajruport kif ukoll numru ta’ ambulanzi għal kull emerġenza. Jidher li xi passiġġieri kienu qed ibatu minn xokk għalkemm kollha inżammu fis-sala tat-tluq sakemm saru arranġamenti għal titjira oħra lejn Bristol b’ajruplan ieħor tar-Ryanair li telqet sitt sigħat wara l-ħin skedat tat-titjira oriġinali.

Kien għall-ħabta tad-9am li l-ajruplan niżel fuq ir-runway u twaqqaf quddiem it-terminal tal-ajruport l-antik. Il-passiġġieri tniżżlu minn fuq l-ajruplan. Minnufih, l-inġiniera spezzjonaw l-ajruplan biex isiru t-tiswijiet meħtieġa. Waqt l-inżul tal-ajruplan fl-Ajruport, bħala prekawzjoni twaqqfu t-titjiriet minn u lejn Malta. Ftit wara li niżel, l-operazzjoni fl-Ajruport reġgħet lura għan-normal.

tvm.com.mt tkellem ma’ Chris Cauchi ġurnalist ta’ World Air News, dwar prattici li ajruplan irid isegwi, ladarba jkollu problema fil-landing gear.

Chris Cauchi qal li l-kaptan u l-ekwipaġġ għamlu biċċa xogħol sew, għamlu race pattern fuq Għawdex inħella l-fjuwil skont id-direzzjoni tal-Ajruport.

Ir-Ryanair ma ħarġet l-ebda stqarrija dwar il-każ, għaldaqstant mhux magħruf kemm kien hemm passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ fuq l-ajruplan waqt li l-MIA u l-Malta Air Traffic Services li tmexxi t-torri tal-kontroll tal-ajru spjegaw fil-qosor dak li ġara.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Segwi Ħadt l-Aħbar mal-Avukata Ramona Frendo u l-Perit Michael Falzon Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum 25/02/2018 The Sunday Times Fuq il-faċċata ritratt tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro…

Lokali

Mawra edukattiva għal studenti tat-tieni sena tal-iskola San Benild f’Tas-Sliema kienet ikkaratterizata mill-element tradizzjonali Malti. Ewlenin fosthom il-karozzin, il-lanċa kif ukoll għanjiet Maltin. Fuq in-noti tal-kanzunetta tal-Greenfields – il-karozzin –…

Lokali

Ħoss ġdid u frisk għal The Travellers, il-band li stabbilixxiet ruħha dan l-aħħar għall-kanzunetti li toħroġ bil-Malti u li tant kisbet popolarità bihom. Minn għada, din il-band se tkun qed…

Lokali

Tliet persuni nżammu arrestati mill-Pulizija wara li f’rejd li sar f’residenza u garaxx f’Ħal Qormi mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga nstabu sustanzi suspettati li huma raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis, kokaina u…

Aktar