Barranin
Ajruplan Russu jgħib bi 28 passiġġier fosthom żewġt itfal

Ajruplan Russu tat-tip AN-26 li kien qed iġorr minn tal-anqas 28 persuna għeb fi triqtu lejn Palana, żona urbana li tinsab fil-peniżola ta’ Kamchatka fil-Lvant tar-Russja.

Fost il-persuni abbord l-ajruplan hemm sitt membri tal-ekwipaġġ u 22 passiġġier, fosthom żewġt itfal.

L-ajruplan, tal-kumpanija Kamchatka Aviation Enterprise u li kien ilu jintuża mill-1982, telaq mill-belt ta’ Petropavlovsk-Kamchatsky.

Il-midja Russa u s-servizzi ta’ emerġenza Russi qalu li l-ajruplan tilef il-kuntatt permezz tar-radju tal-komunikazzjoni. Kuntatt, li ntilef madwar 10 kilometri ‘l bogħod mill-ajruport ta’ Palana.