Avjazzjoni
Ajruplan Spanjol ma jingħatax permess biex jinżel f’Malta

Transport Malta irrifjutat l-ajruplan Spanjol A330-202, għaliex l-ajruplan ried jibqa’ fl-ajruport.

Dan qalu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg fuq il-midja soċjali, li qal li l-permess ma ngħatax anki fl-isfond li bħalissa l-ajruport f’Ħal Luqa għandu limitu ta’ spazju li fih iżomm l-ajruplani, peress li dawn mhux qed itiru.

Midja lokali rrappurtat li l-ajruplan talab li jinżel f’Ħal Luqa minħabba tiswijiet, iżda li dan ma kienx minnu, u għalhekk l-awtoritajiet Maltin ma tawhx permess. Eventwalment l-ajruplan kompla fi triqtu lejn Madrid.