Avjazzjoni
Ajruplan tal-Air Malta jintlaqat mill-għasafar

Ajruplan tal-Airmalta ntlaqat minn qata’ għasafar hu u nieżel fl-ajruport ta’ Lyon fi Franza t-Tnejn waranofsinhar. L-ajruplan niżel Lyon mingħajr problemi iżda bħalissa għaddej ix-xogħol fuqu biex jinħarġu l-għasafar li daħlu fil-magna. B’kawża ta’ dan, it-titjira minn Lyon lejn Malta se titlaq tard.

Stqarrija tal-linja nazzjonali tal-ajru qalet li minħabba dan il-każ titjiriet oħra tal-Airmalta jistgħu jitilqu tard. L-Airmalta qalet li qed taħdem qatigħ biex kemm jista’ jkun tnaqqas milli t-titjiriet jittardjaw u waqt li skużat ruħha ta’ kull inkonvenjent, sostniet li tagħti importanza kbira lis-sigurtà tal-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati. Illum, fil-Palazz tal-President,…

Lokali

Fil-Palazz tal-President, ingħataw il-ġurament tal-ħatra tliet Imħallfin u tliet Maġistrati ġodda. Il-ġuramenti tal-ħatra ngħataw mill-President George Vella li ħeġġeġ lill-Gvern biex ifassal u jimplimenta l-miżuri li jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura kif…

Aktar