Qorti
Ajruplan tal-Air Malta lejn Katanja kellu jdur lura wara li passiġġiera rrifjutat tilbes maskra

Ajruplan tal-Air Malta li dalgħodu kien laħaq tella’ l-passiġġieri, għabba l-bagalji u saħansitra ċċaqlaq biex jibda titjira lejn Katanja kellu jdur lura wara li waħda mill-passiġġieri abbord rrifjutat li tilbes il-maskra.

Il-passiġġiera – żagħżugħa ta’ 24 sena mill-Italja li tgħix il-Bulgarija – tniżżlet minn fuq l-ajruplan li ttardja t-tluq minn Malta bi kważi nofs siegħa. Iż-żagħżugħa ngħatat f’idejn il-Pulizija li ressquha l-qorti llum stess fejn ammettiet li m’obdietx l-istruzzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ tal-kabina.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech irrimarkat li bl-imġieba irresponsabbli tagħha poġġiet f’riskju mhux biss lilha nnifisha imma lil kull min kien fuq l-ajruplan. Il-Maġistrat ikkundannatha sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.