Barranin
Ajruplan tal-qawwa Spanjola jiġġarraf waqt parata tal-Jum Nazzjonali

Fi Spanja, il-Jum Nazzjonali ġie ċċelebrat fl-isfond ta’ waħda mill-iktar kriżijiet serji f’dan il-pajjiż. Turija ta’ għaqda bl-Ispanjoli u anke l-Katalani joħorġu l-bnadar ta’ Spanja u l-Katalunja maġenb xulxin biex jegħlbu l-firda li nibtet wara r-referendum għall-indipendenza tar-reġjun tal-Katalunja.

Wara t-twissija mill-Prim Ministru Spanjol li lest jissospendi l-awtonomija tal-Katalunja, illum Spanja qamet fid-dell ta’ kriżi. Iżda jidher li l-pajjiż sħiħ qam ukoll għall-okkażjoni, bir-Re Spanjol Felipe Sitta u l-familja Rjali, jattendu għall-parata militari qawwija fil-kapitali Madrid fejn għall-ewwel darba wkoll f’7 snin il-parata saret f’waħda mill-iktar wesgħat tal-kapitali Spanjola – fil-Paseo de la Castellana.

Intant fi tmiem il-parata ajruplan tal-qawwa tal-ajru Spanjol iġġarraf. Il-Ministeru tad-Difiża Spanjol ikkonferma  li l-bdot miet meta l-ajruplan iġġarraf fl-għelieqi qrib il-belt ta’ Albacete huwa u dieħel lura lejn il-bażi. Il-kawża tal-inċident qed tiġi investigata.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt aħwa Ċeki huma meqjusa bħala mitlufin minn Ambert Alert Europe. Dan wara li skont il-Pulizija Ċeka aktarx inħatfu mill-ġenituri tagħhom. It-tfal huma Leonard Lackó u David Lackó,  żewġt aħwa ta’ erba’…

Barranin

L-uragan Ophelia ħalla żewġ persuni mejta meta ħabat b’qawwa kbira fuq l-Irlanda. Mara ta’ 50 sena u raġel ta’ 30 sena kienu l-ewwel vittmi ta’ din il-maltempata kbira bi rwiefen…

Barranin

Fl-Awstrija mistenni li jinħatar l-iżgħar Kaniċillier li qatt ġie elett.  Dan hekk kif huwa previst li l-konservattivi tal-Partit Popolari, li huwa mmexxi minn Sebastian Kurz ta’ 31 sena, rebħu l-elezzjoni ġenerali….

Barranin

Fis-Somalja, bomba fil-belt kapitali Mogadishu qatlet 230 ruħ u ħalliet mijiet midruba. Il-bomba ġiet ikkawżata minn trakk li kien mimli splussivi li waqt li sploda baqa’ dieħel fid-daħla ta’ lukanda….

Aktar