Lokali
Ajruplani militari Russi ma jitħallewx itiru mill-ispazju tal-ajru Malti – rapporti

Il-Gvern Malti rrifjuta talba tal-awtoritajiet Russi għall-użu tal-ispazju tal-ajru Malti biex itajru ajruplani militari mis-Sirja għal Veneżwela.

L-aħbar ġiet irrappurtata minn Buzzfeed News u ġiet ikkonfermata minn TVM. Ġie rrappurtat li t-talba Russa lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Malti saret il-ġimgħa li għaddiet permezz tal-Ambaxxata tar-Russja f’Malta. Ir-Russja talbet permess biex bejn għada u l-Ġimgħa ttajjar żewġ ajruplani militari mis-Sirja għal Caracas u lura. Ġie rrappurtat li skont it-talba Russa, it-titjiriet kienu ta’ natura umanitarja biex jinġarru provvisti tal-ikel, tobba, tekniċi u inġiniera li għandhom bżonn id-diplomatiċi Russi fil-Veneżwela. Intqal li l-ajruplani mhux qed iġorru armi, splussivi jew materjal perikoluż. Ftit tal-ġimgħat ilu, Malta approvat talba simili mir-Russja u ajruplani militari Russi kienu ntlemħu fl-ajruport tal-kapitali tal-Veneżwela, Caracas.

Fir-rapport intqal li tliet ġimgħat ilu, żewġ ajruplani militari Russi użaw l-ispazju tal-ajru tal-Greċja, ta’ Malta u ta’ Ċipru mis-Sirja għal Veneżwela. F’rapport tan-New York Times li kkwota sorsi tal-aġenzija tal-aħbarijiet Russa, it-titjirijiet kienu ta’ rutina u ż-żewġ ajruplani kienu qed iġorru provvisti u konsulenti tekniċi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pieta’ tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Lokali

Mil-lum il-bdiewa li jkabbru l-patata bdew iħejju l-għelieqi tagħhom wara li fl-aħħar jiem għamlu l-kalkoli tat-telf li kellhom fl-aħħar sena minħabba r-riħ qawwi u s-silġ li niżel fil-grigalata ta’ tmiem…

Lokali

Fit-tmien ġimgħat tal-għasir tat-tadam, bejn Lulju u Awwissu se jiġu proċessati mas-sitt elef tunnellata tadam li jinġabru mingħand mitejn bidwi f’Malta u Għawdex. Fil-fabbrika tal-ikbar produttur fl-ipproċessar tat-tadam, jidħlu medja…

Aktar