Edukazzjoni
Akkademiċi u studenti minn 5 pajjiżi jirriċerkaw għal soluzzjonijiet naturali għat-tisħiħ tal-iżvilupp sostenibbli

ReNature, proġett ikkordinat mill-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġi, l-MCAST, ser ilaqqa’ flimkien akkademiċi u studenti minn ħames pajjiżi biex jirriċerkaw u jsibu soluzzjonijiet naturali għat-tisħiħ tal-iżvilupp sostenibbli.

Il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġij, l-MCAST ser jikkordina ReNature, proġett biex jinstabu soluzzjonijiet naturali biex waqt li titnaqqas il-ħsara ambjentali, jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima.

Dr Mario Balzan, lettur fl-Istitut għall-Applied Sciences qal li fi tmiem il-proġett ser jiġu offruti soluzzjonijiet infrastrutturali li ma jħallux impatti negattivi fuq l-ambjent.

Dr Mario qal “qed nitkellmu fuq spazji urbani, qed nitkellmu fuq sigar fl-Urban, qed nitkellmu fuq green roofs, green walls – numru ta’ soluzzjonijiet bħal dawn li jġibu l-biodiversità fis-cities, fl-ibliet tagħna, u fl-istess ħin nikkontribwixxu għal ħajja aħjar għas-soċjetà.

Dr Balzan qal li bejn l-1980 u l-2010, l-Ewropa tilfet minn tliet mitt biljun Ewro riżultat tat-tibdil fil-klima. Qal li fl-istess perjodu mietu mal-75,000 persuna kawża ta’ mewġiet qawwija ta’ sħana. Qal li soluzzjonijiet ambjentali jwasslu għal tnaqqis fl-għargħar u jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-urbanizzazzjoni.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li s-soluzzjonijiet għandhom ikunu parti mit-tfassil tal-pjan għal żvilupp sostenibbli.

ReNature ser isir b’investiment ta’ miljun ewro u huwa iffinanzjat mill-programm Horizon 2022 tal-Unjoni Ewropea. F’dan il-proġett l-MCAST ser tikkollabora mat-Trinity College Dublin, l-Università ta’ Trento u l-Università ta’ East Anglia.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Saħħa

Għall-ewwel darba l-Isptar Mater Dei nbidel f’ċentru ta’ eċċellenza hekk kif kardjoloġisti mill-aqwa sptarijiet ġew Malta biex jaraw kif jistgħu japplikaw sistema ġdida li biha l-kura lill-pazjent qed tingħata b’aktar…

Aktar