Barranin
Akkuża lill-Istati Uniti li ppruvat tqarraq b’pajjiżu waqt summit iżjed kmieni din is-sena

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un akkuża lill-Istati Uniti li ppruvat tqarraq b’pajjiżu waqt summit li kellu iżjed kmieni din is-sena mal-President Donald Trump.

L-Aġenzija Koreana tal-Aħbarjiet irrappurtat lil Kim Jong Un jgħid li l-paċi fil-peniżola Koreana tiddependi fuq Washington.

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq għamel dawn ir-rimarki f’summit li kellu mal-President tar-Russja Vladimir Putin f’Vladivostok.

Il-President Putin aċċetta stedina biex iżur il-Korea ta’ Fuq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar