Akkuzat b’attentat ta’ qtil u miżmum Monte Karmeli

Raġel akkużat b’attentat ta’ qtil kien trasferit fl-isptar Monte Karmeli wara li l-Maġistrat irrifjutat li tagħtih il-liberta proviżorja.

Ir-raġel ta’ 57 sena minn Santa Venera kien akkużat bl-atentat ta’ qtil ta’ Alan Grima fil-Union Bar, Santa Venera. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2;30 ta’ wara nofsinhar wara argument bejn iż-żewġt irġiel. L-akkużt ta’ lill-vitta daqqiet ta’ sikkina f’għonqu u ħarab. Huwa inqabad ftit il-bogħod mill-pulizija, miksi bid-demm u bis-sikkina f’idu.

Il-vittma, Alan Grima, ittieħed l-isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat li kien f’qagħda gravi imma stabbli.

Il-qorti kienet mgħarrfa mill-avukat difensur li l-akkużat kien taħt kura psikjatrika u qed jistenna li jgħaddi bord biex jieqaf mix-xogħol. L-avukat difensur talab li l-akkużat jitqiegħed taħt arrest domiċiljari. Il-mara ta’ l-akkużat qalet li kienet tagħti garanzija li l-akkużat jibqa d-dar u ma jaħrabx. Madankollu il-maġistrat Natasha Galea Sciberras ċahdet il-liberta proviżorja u wissiet id-direttur tal-ħabs bil-ħtieġa ta’ kustodja preventiva fl-isptar Monte Karmeli.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Aktar