Lokali
Akkużat b’serq aggravat minn dar f’San Pawl il-Baħar – iwieġeb mhux ħati u jinżamm arrestat

Jurgen Cassar ta’ 35 sena li jgħix Ħal Qormi tressaq il-Qorti akkużat b’serq agravat minn residenza f’San Pawl il-Baħar u li għamel ħsara f’din ir-residenza, li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti u li sar riċediv. L-akkużat li ma jaħdimx u ntqal għandu problema tad-droga, wieġeb mhux ħati. F’dan l-istadju ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk l-akkużat baqa’ miżmum taħt arrest preventiv.