Lokali
Akkużat ibiddel fehmtu u jammetti li pprova jħanxrilha għonqha

Raġel li qed ikun mixli b’attentat ta’ qtil ta’ tfajla f’Paceville sentejn ilu jrid li jammetti l-akkużi miġjuba kontrieh għax huwa konxju li xorta se jiffaċċja l-ġudizzju t’Alla.

Meta llum kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Rawad Briga Abdelsalam, Libjan ta’ 33 sena, li jgħix Ħal Tarxien, l-akkużat deher li biddel fehemtu.  Ir-raġel allegatament ipprova jħanxar għonq il-vittma meta pprova jisraq il-handbag tat-tfajla u ħabibtha fi Sqaq Lourdes, f’San Ġiljan fis-sajf tal-2016.

Huwa qal li ma kienx jaf lit-tfajla u ma riedx iweġġagħha.  Żied jgħid li kien bela’ ħafna pilloli u li bil-kemm jiftakar x’ġara dakinhar tal-każ.  Ir-raġel qal dan sakemm wasal l-avukat tiegħu, tant li l-Ispettur Saviour Baldacchino u l-Maġistrat Doreen Clarke talbuh jikkonsulta mal-avukat difensur qabel ma jipproċedu.

Wara li kkonsulta mal-avukat tiegħu, il-Qorti ġiet infurmata li l-akkużat ried jammetti l-akkużi wara li oriġinarjament ma kienx ammetta l-akkużi miġjubin kontrieh.  Il-Qorti qalet li l-ammissjoni tal-akkużat tista’ tittieħed in konsiderazzjoni iktar tard matul dan il-proċeduri.  Il-każ se jkompli f’Marzu.

Ara wkoll:

Libjan akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ tfajla f’San Ġiljan

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Qorti ddeċidiet li sidien ta’ proprjetà fil-Belt ma kinux ġew malafamati meta fuq il-midja soċjali l-Kunsill Lokali tella’ ritratt tal-faċċata tagħhom u sejħilhom “maħmuġin”. Il-każ seħħ fis-26 ta’ Lulju 2016, meta…

Lokali

Ix-xejra tat-tnaqqis fil-qgħad kompliet f’April. Ċifri ta’ Jobsplus ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li r-raba’ xahar tas-sena ntemm b’1,847 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan jirrappreżenta 107 persuni anqas fuq ix-xahar ta’…

Lokali

Fi stqarrija maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, il-pubbliku qed jiġi mwissi li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għas-sulfati. Dan l-addittiv instab fil-prodott imsemmi mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta. Isem…

Aktar