Akkużat li aċċessa siti pornoġrafiċi tat-tfal

Geoffrey Chetcuti ta’ 38 sena mil-Qrendi ngħata l-libertà provizorja wara li ġie akkużat li daħal f’siti eletroniċi tal-pornografija tat-tfal għall-pjaċir personali.

Quddiem il-Magistrat Miriam Haymen Chethcuti wieġeb li mhux ħati tal-akkużi kontrih.

Jidher li Chetcuti kellhu aċċess permezz ta’ username u password f’siti tal-pornografija tat-tfal.

Il-Qorti laqgħet it-talba għal-libertà proviżorja li saret mill-avukat tal-akkużat Edward Gatt, fuq garanzija personali ta’ €10,000.