Qorti
Akkużat li ħebb għall-mara li kien jgħix magħha f’garaxx f’Birżebbuġa

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li ħebb għas-sieħba tiegħu u weġġagħha ħafif. Huwa ċaħad l-akkużi.

Fil-Qorti ntqal li l-koppja kienu ilhom flimkien erba’ xhur, u kienu jgħixu ġo garaxx f’Birżebbuġa.

Ir-raġel kien akkużat li ħebb u hedded lil mara wara argument li kellhom fuq ir-relazzjoni tagħhom, li fih il-mara ġabret ħwejjiġha u telqet.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €1,000, waqt li rabtitu jiffirma l-għassa darbtejn f’ġimgħa.