Qorti
Akkużat li nifed lil kuġinuh b’mus wara argument fuq il-kera

Ragel ta’ 58 sena ġie akkużat li ta b’mus lil kuġinuh wara argument fuq kera.

L-inċident seħħ jumejn ilu tard waranofsinhar fi Sqaq Warda, f’Ħal Għargħur. Il-vittma, li għandu 74 sena ddaħħal l-isptar fil-periklu tal-mewt iżda iktar tard qaleb għall-aħjar.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli ċaħdet it-talba għall-ħelsien proviżorju, bl-akkużat Raymond Debono baqa’ miżmum arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Id-direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello kkonferma ma’ tvm.com.mt li dalgħodu d-Dipartiment irċieva telefonata dwar kelba li nstabet midruba fis-Siġġiewi u minnufih ħarġet l-ambulanza tal-annimali għaliha. Il-kelba ttieħdet l-isptar tal-annimali…

COVID-19

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-Maltin se jkunu jistgħu jsiefru lejn madwar 19-il pajjiż meta l-ajruport ta’ Malta jerġa’ jinfetaħ għat-titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju. Waqt il-programm Insights…

Qorti

Dalgħodu Yorgen Fenech reġa’ deher fil-Qorti biex tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni kontrih fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Is-seduta tal-kumpilazzjoni qed issir għall-ewwel minn meta ġiet posposta minħabba l-Covid-19. Il-każ instema’…

COVID-19

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) sfidat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija li biha qed jillaxka r-restrizzjonijiet li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-imxija tal-Covid-19. Fi stqarrija l-MUMN qalet li qed…

Aktar