Qorti
Akkużat li weġġa’ gravi lill-eks sieħba – jitlob l-għajnuna għall-vizzju tad-droga

Allister Camilleri ta’ 39 sena mill-Ħamrun ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux hati li kkaġuni ġrieħi gravi fuq l-eks sieħba tiegħu li minnha għandu tifla.

Ir-raġel fil-Qorti ammetta li għandu problema ta’ droga, tant li talab biex jingħata l-għajnuna ħalli joħroġ mill-vizzju.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest minkejja li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat.

Il-Qorti, mmexxija mill-Magistrat Monica Vella, imponiet diversi kundizzjonijiet fuq l-akkużat, fosthom garanzija personali ta’ €10,000 u anke li jrid jattendi bilfors għat-trattament li għandu bżonn għax inkella jitqies li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Matul il-lejl li għadda, Infrastructure Malta poġġiet f’postha l-gverta tal-azzar twila 34 metru tal-pont il-ġdid li se jaqsam minn fuq Vjal l-Avjazzjoni, bejn Ħal Luqa u l-Gudja. Il-kuntratturi ta’ Infrastructure…

Ekonomija u Finanzi

Il-Bank HSBC ħabbar li se jnaqqas 35,000 impjieg fit-tliet snin li ġejjin. Il-bank qal li qed jimmira li globalment inaqqas l-ispejjeż b’aktar minn erba’ biljun ewro sal-2022 filwaqt li jnaqqas…

Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Aktar