Qorti
Akkużat li wettaq hold-ups billi hedded lin-nies b’bomba

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar.

Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih.

Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fil-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd. Fil-Qorti ħareġ kif Camilleri kien jidħol biex jisraq b’kaxxa tqila f’idejh, ipoġġiha fuq il-bank u jhedded li jisplodi l-bomba fil-kaxxa jekk xi ħadd iċempel lill-Pulizija.

L-ewwel attentat ta’ Camilleri seħħ fis-seba ta’ dan ix-xahar f’Ħal Qormi, b’hold-ups oħra saru fi tliet lukandi f’Tas-Sliema, l-Gżira, u Tigne, u minn ħanut tal-merċa f’Ħal Qormi. L-aħħar serqa saret mill-Iklin il-Ħamis tal-Ġimgħa l-oħra. Camilleri ġie akkużat ukoll li żamm nies kontra l-volontà tagħhom u li saq vettura bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni foloz.

Ara wkoll:

Arrestat raġel suspettat b’sitt serqiet minn ħwienet