Qorti
Akkużati li pruvaw jaħarbu minn Malta b’dokumenti foloz

Asim Anur ta’ 18-il sena, u Mohamed Abubaker ta’ 16-il sena, tressqu l-Qorti akkużati li kienu se jitilqu minn Malta b’dokumenti foloz.

Huma ġew akkużati li fid-29 ta’ Novembru ppruvaw jaħarbu mill-pajjiż, u li fil-ġranet ta’ qabel iffalsifikaw jew bagħbsu dokumenti uffiċjali. Dawn wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda mill-Qorti. Fil-fatt, huma inżammu arrestati.