Toroq
Aktar issikkar fuq vetturi bi pjanċi barranin

L-awtoritajiet komplew jissikkaw fuq irregolaritajiet minn vetturi bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin. Fi tliet sigħat u nofs ta’ spezzjonijiet dalgħodu, twaqqfu 30 vettura bi pjanċi barranin. Minnhom, 12 instab li kellhom irregolaritajiet u ġew irmunkati għal faċilità ta’ Transport Malta.

Matul il-ġurnata, uffiċjali ta’ Transport Malta u Pulizija waqqfu kull vettura bi pjanċi barranin li ħarġet mill-mini ta’ Triq Reġjonali għal spezzjoni għall-għarrieda.

Il-kap tat-taqsima tal-infurzar u s-sigurtà fi ħdan Transport Malta, Clint Axisa, spjega li l-għan wara dan l-eżerċizzju hu biex jinqatgħu abbużi fl-użu ta’ vetturi bi pjanċi barranin.

”Illegali jfisser li jkollna vetturi bi pjanċi barranin li qed jinstaqu minn Maltin. L-ebda Malti ma jista’ jsuq vettura bi pjanċi barranin, jew vetturi mingħajr assikurazzjoni, vetturi li jkunu qabżu s-seba’ xhur hawn Malta.”

Dan jgħodd ukoll għal barranin b’permess ta’ residenza f’Malta. Is-Sur Axisa semma xejra oħra li jiltaqgħu magħhom waqt l-infurzar, kif deher ukoll waqt l-ispezzjonijiet li saru matul il-ġurnata tal-Ġimgħa.

”It-Taljani għandhom tendenza li jinżlu bil-karozzi minn Sqallija li ma jkunux tajbin, u ma jkollox assikurazzjoni għat-toroq Maltin.”

Hu qal li l-aktar sitwazzjonijiet li qed jiltaqgħu magħhom huma każi ta’ persuni li joqogħdu Malta, li jibqgħu jiġru fit-toroq b’vettura bi pjanċi ta’ reġistrazzjoni barranin.

”Once li l-karozza tasal Malta, jekk Malti xtara il-karozza, imur Transport Malta u jingħata permess ta’ 30 ġurnata. F’dawn it-30 ġurnata kull Malti għandu dritt juża l-karozzza biex juża li jagħmel dak kollu li għandu bzonn – mechanic, vrt. Wara 30 ġurnata li Transport Malta tkun tagħtu disk biex teħel fuq il-liċenzja, il-karozza trid tiġi rreġistrata.”

Is-Sur Axisa qal li dawn l-ispezzjonijiet jikkumplimentaw ħidma oħra li ssir mill-istess taqsima li tikklampja vetturi bi pjanċi barranin li jinstabu fit-toroq jiksru l-liġi, bħal ipparkjar ħażin.

Fejn waqt l-ispezzjonijiet jinstabu irregolaritajiet, il-vetturi jittieħdu mingħand is-sewwieq u jiġu rmunkati f’faċilità ta’ Transport Malta. Is-Sur Axisa qal li kull xahar qed isir irkant ta’ karozzi li jinqabdu u li sidhom ma jmurx għalihom u jħallas ir-reġistrazzjoni u l-multi. Żied li ħafna minn dawn il-vetturi ma jinxtrawx.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…

Kultura

Kuxjenza ambjentali qed dejjem titqawwa. Xhieda ta’ dan hi l-inizjattiva li ħadu numru ta’ għaqdiet u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop li din is-sena ddeċieda li jlibes il-libsa festiva lir-raħal…

Aktar